Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Marzu 2010 - Lidl Stiftung vs UASI - Vinotasia (VITASIA)

(Kawża T-124/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schaeffer u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vinotasia GmbH (Koblenz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-14 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 1054/2008-4;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1 027 947, ippreżentata fit-30 ta' Ġunju 2006, sa fejn din l-oppożizzjoni ntlaqgħat permezz tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-30 ta' Mejju 2008;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea u tal-proċedimenti quddiem ir-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

sussidjarjament, tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata deċiżjoni finali fil-kawża għat-tħassir tat-trade mark Ġermaniża preċedenti Nru 302 15 015 "VINOTASIA" imressqa quddiem il-Patent- und Markenamt Ġermaniż fis-17 ta' Marzu 2010.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "VITASIA" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 31, 32 u 33 (Applikazzjoni Nru 4 691 101)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Vinotasia GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "VINOTASIA" Nru 302 15 015 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1 sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L78, p. 1).