Language of document : ECLI:EU:T:2010:522





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 – Wind vs UASI – Sanyang Industry (Wind)

(Kawża T-451/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Wind – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Wind – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 23-32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1470/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harry Wind u Sanyang Industry Co., Ltd.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Sanyang Industry Co., Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva Wind għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 12 u 37 – Applikazzjoni Nru 3362605

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Harry Wind

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark figurattiva Wind għal servizzi fil-klassi 37

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud



Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

H. Wind huwa kkundannat għall-ispejjeż.