Language of document : ECLI:EU:T:2011:93





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2011 – Jiménez Sarmiento vs UASI – Oxygène sport international (Q)

(Kawża T-455/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Kalkolu tat-terminu tal-preżentata ta’ nota li tesponi l-aggravji tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Regola 70 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Prassi preċedenti tal-UASI – Kunċett ta’ żball skużabbli”

Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Termini - Kalkolu tat-termini (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regola 70(2) u (4), Artikolu 1) (ara l-punti 29-31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Settembru 2009 (Każ R 312/2009–4), li tiċħad l-appell ta’ Vicente J. Jiménez Sarmiento bħala inammissibbli fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dan tal-aħħar u Michel Robin, D. Falzone u M. Monseur.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikanti għat-trade mark Komunitarja

Michel Robin, Daniel Falzone u Maxime Monseur

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva kkostitwita mill-ittra Q inklinata u li l-parti inferjuri tagħha hija mitkuba b’tipi grassi, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4804266

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Vicente J. Jiménez Sarmiento

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark figurattiva Spanjola li fiha l-element verbali quadrata (Nru 1770312), għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda minħabba inammissibbiltà

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud minħabba inammissibbiltà


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vicente J. Jiménez Sarmiento għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Oxygène sport international għandha tbati l-ispejjeż tagħha.