Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 – Husky CZ vs UASI - Husky of Tostock (HUSKY)

(Kawża T-287/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Husky CZ (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Husky of Tostock Ltd (Woodbridge, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Marzu 2013;

tikkundanna lill-UASI u lil Husky of Tostock Limited iħallsu l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “HUSKY” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18 u 25 – Trade mark Komunitarja Nru 152 546

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.