Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2014 – AK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport tal-iżvilupp tal-karriera – Proċeduri ta’ evalwazzjoni 2001/2002, 2004, 2005 u 2008 – Redazzjoni tardiva tar-rapporti tal-iżvilupp tal-karriera – Danni morali – Telf ta’ opportunità ta’ promozzjoni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: AK (Esbo, il-Finlandja) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, sussegwentement D. De Abreu Caldas u Louis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2013, AK vs Il-Kummissjoni (F-91/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.AK għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.