Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Ledra Advertising vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-289/13)1

(Rikors għal annullament u għad-danni – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalià ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES – Kompetenza tal-Qorti Ġenerali – Rabta kawżali – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ledra Advertising Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-memorandum ta’ qbil Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), fis-26 ta’ April 2013, u, fit-tieni lok, talba għal kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ qbil f’dan tal-aħħar u ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ledra Advertising Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)