Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 taʼ Mejju 2013 - Kieffer Omnitec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/11) 

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Manutenzjoni ta' installazzjonijiet TVKA, sistema taʼ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph-Bech fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Proporzjonalità - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: A+P Kieffer Omnitec Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Delvaux, V. Bertrand u M. Devos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u S. Delaude, aġenti, assistiti minn V. Vanden Acker, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-1 taʼ April 2011, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura taʼ sejħa għal offerti li tikkonċerna l-għoti taʼ kuntratt taʼ manutenzjoni taʼ TVKA, sistema taʼ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph Bech fil-Lussemburgu (ĠU 2010/S 241-367523), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

A+P Kieffer Omnitec Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 252, 27.08.2011.