Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 - Wandschneider vs Il-Kummissjoni
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni għall-2004 - Rikors għal annullament - Motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Paolo Sequeira Wandschneider (Brussell, il-Belġju) [rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati, u wara G. Vandersanden, C. Ronzi u L. Levi, avukati]
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti]
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent fir-rigward tal-proċedura ta' evalwazzjoni għall-2004 u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas ta' kumpens għal danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 121, 20.05.2006, p. 19.