Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Las Palmas de Gran Canaria (Spanja) fis-6 ta’ April 2021 – Zulima vs Servicios prescriptor y medios de pagos E.F.C. S.A.U.

(Kawża C-215/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Las Palmas de Gran Canaria.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zulima

Konvenut: Servicios prescriptor y medios de pagos E.F.C. S.A.U.

Domanda preliminari

Fil-kuntest tar-rikorsi tal-konsumaturi fil-konfront ta’ klawżoli inġusti, bbażati fuq id-Direttiva 93/13/KE 1 u fil-każ fejn tintlaħaq soluzzjoni ekstraġudizzjarja, l-Artikolu 22 tal-Ley de Enjuiciamiento Civil [il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili] jipprevedi li l-konsumaturi għandhom isostnu l-ispejjeż tal-proċedura mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-azzjonijiet preċedenti tal-bejjiegħ jew fornitur li ma tax widen għall-intimazzjonijiet preċedenti. Din ir-regola proċedurali Spanjola tikkostitwixxi ostakolu sinjifikattiv li jista’ jiddiswadi lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv tan-natura potenzjalment inġusta tal-klawżola kuntrattwali, li jmur kontra l-prinċipju ta’ effettività u kontra l-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.