Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter)

(Kawża T-512/20) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru – Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Talba għal smigħ ta’ xhieda – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TrekStor GmbH (Bensheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zagg Inc. (Midvale, Utah, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 294/2019-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor u Zagg.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

TrekStor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 378, 9.11.2020.