Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-692/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Armenia, P.-J. Loewenthal Aġenti)

Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

Talbiet

tikkonstata li, billi ma ħax il-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C 503/17, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, EU: C: 2018: 831, ir-Renju Unit naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260 (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikoli 127 u 131 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 1 ;

tikkundanna lir-Renju Unit, skont l-Artikolu 260(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikoli 127 u 131 ta’ tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li jridu jitħallsu lill-Kummissjoni :

– pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 268,878.50 kuljum mill-jum li fih tingħata s-sentenza f'dan il-każ sal-jum li fih ir-Renju Unit ikun eżegwixxa s-sentenza fil-Kawża C 503/17;

– somma f’daqqa ta’ EUR 35 873,20  immultiplikata bin-numru ta’ jiem li jkunu għaddew bejn id-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża C 503/17 u d-data li fiha r-Renju Unit ikun jikkonforma ruħu ma’ dik is-sentenza jew id-data tas-sentenza f'din il-kawża, skont dak li jseħħ qabel, b'somma waħda f'daqqa ta’ EUR 8,901,000; u;

tikkundanna lir-Renju-Unit għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ sentenza fil-kawża C 503/17, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, EU:C:2018:831, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li billi ma neħħietx id-dritt ta’ dgħajjes għall-użu privat jew għad-divertiment li jużaw karburant immarkat għall-propulsjoni, ir-Renju Unit naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE 2 tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju. Peress li r-Renju Unit ma ħax il-miżuri meħtieġa biex jikkonforma ma’ din is-sentenza, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferiha lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob, skont l-Artikolu 260 TFUE, moqri flimkien mal-Artikoli 127 u 131 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lir-Renju Unit għal multa ta’ EUR 268,878.50 kuljum mill-jum li fih tingħata s-sentenza f’din il-kawża sal-jum li fih ir-Renju Unit ikun ikkonforma ruħu mas-sentenza fil-kawża C 503/17 u somma f'daqqa ta’ EUR 35 873.20 multiplikata bin-numru ta’ jiem li jkunu għaddew bejn id-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża C 503/17 u d-data li fiha r-Renju Unit ikun ikkonforma ruħu mal-imsemmija sentenza jew id-data tas-sentenza f'din il-kawża, liema minnhom tiġi l-ewwel, b'somma waħda f'daqqa ta’ EUR 8,901,000.

____________

1     ĠU 2019, C 384 I, p. 1.

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9 Vol. 1, p. 289.