Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Novembru 2010 - Biodes vs UASI - Manasul International (FARMASUL)

(Kawża T-553/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Biodes, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manasul Internacional S.L. (Ponferrada, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 1034/2009-1, u

tikkundanna lill-UASI u lil kull intervenjent possibbli għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Biodes, S.L.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "FARMASUL" għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Manasul Internacional S.L.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks figurattivi nazzjonali "MANASUL" u "MANASUL ORO" għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091, peress li ma hemmx xebh bejn it-trade marks inkwistjoni, peress li l-persuna li qed topponi naqset milli tanalizza t-tieni kuntratt ta' liċenzja li emenda l-ewwel kuntratt ta' liċenzja, u peress li t-trade mark preċedenti ma għandhiex l-allegata reputazzjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).