Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Novembru 2020 – “AKZ – Burgas” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” - Burgas

(Kawża C-602/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “AKZ – Burgas” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” - Burgas

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jippermetti skema nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tillimita l-interessi legali dovuti fir-rigward tal-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għall-interessi akkumulati mill-jum ta’ wara d-data li fiha tkun tressqet it-talba għall-irkupru tas-somma prinċipali?

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jippermetti skema nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tillimita l-interessi legali dovuti fir-rigward tal-irkupru tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għall-interessi akkumulati mill-jum ta’ wara d-data li fih tkun tressqet it-talba għall-irkupru ta’ dawn l-ammonti mħallsa/miġbura indebitament sal-irkupru tagħhom?

____________