Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Producteurs de légumes de France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/09) 

("Għajnuna mill-Istat - Settur tal-frott u l-ħaxix - 'Pjanijiet ta' kontinġenza' intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Aspettativi leġittimi - Żball sostantiv fil-kalkolu tas-sommom li għandhom jiġu rkuprati")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Producteurs de légumes de France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: iniżjalment O. Fachin, sussegwentement O. Redon, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 203 finali, tat-28 ta' Jannar 2009, dwar il-"pjanijiet ta' kontinġenza" fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Les Producteurs de légumes de France hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.