Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – SNCF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-242/12)1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur Sernam SCS – Għajnuna għar-ristrutturar u rikapitalizzazzjoni, garanziji u rinunzja ta’ dejn mill-SNCF fil-konfront ta’ Sernam – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Użu ħażin tal-għajnuna – Irkupru – Kontinwità ekonomika – Kriterju ta’ investitur privatˮ)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale des chemins de fer français (SNCF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Beurier, O. Billard u V. Landes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment D. Colas u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas u J. Rossi u finalment D. Colas u J. Bousin, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Mory SA, fi stralċ (Pantin, Franza) u Mory Team, fi stralċ (Pantin) (rappreżentanti: B. Vatier u F. Loubières, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/398/UE, tad-9 ta’ Marzu 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.12522 (C 37/08) – Franza – L-applikazzjoni tad-Deċiżjoni “Sernam 2” (ĠU L 195, p. 19).

Dispożittiv

Ir-rikors tas-Société nationale des chemins de fer français (SNCF) huwa miċħud..

L-SNCF għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Mory u Mory Team għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 273, 8.9.2012.