Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Diċembru 2021 – Syngenta Agro GmbH vs Agro Trade Handelsgesellscahft mbH

(Kawża C-830/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syngenta Agro GmbH

Konvenut: Agro Trade Handelsgesellscahft mbH

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 1 u tal-punt 1(b) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2011 tat-8 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ tikkettjar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini, li minnu kien ġie importat il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, għandhom jidhru fuq l-imballaġġ matul id-distribuzzjoni tal-imsemmi prodott fi Stat Membru ieħor?

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 1 u tal-punt 1(f) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 547/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, in-numru tal-lott inizjalment mogħti mill-produttur għandu imperattivament jidher mingħajr tibdil fuq l-imballaġġ, jew id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq jippermettu lill-importatur parallel li jneħħi n-numru ta’ lott inizjali u li jwaħħal fuq l-imballaġġ numru ta’ identifikazzjoni tiegħu stess, peress li jżomm reġistru li jqiegħed f’korrelazzjoni n-numri ta’ lott użati minnu ma’ dawk tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li huwa s-suġġett tal-importazzjoni parallela?

____________

1     ĠU 2011, L 155, p. 176.