Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T-549/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ April 2014, fil-Każijiet Magħquda R 1233/2013-2 u R 1258/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Castello” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 819 973Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: diversi trade marks Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jinkludu, inter alia, l-element verbali “Castelló”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalmentMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.