Language of document :

Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2021 minn Dermavita Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-643/19 – Dermavita vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM ULTRA)

(Kawża C-26/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Dermavita Co. Ltd (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Allergan Holdings France SAS

Permezz ta’ digriet tal-4 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u li Dermavita Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________