Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – SolarWorld et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/13) 1

[“Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin tagħhom (ċelluli u wejfers) li joriġinaw minn jew li ġejjin miċ-Ċina – Aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedura antidumping Industrija Komunitarja Assenza ta’ interess dirett Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); Global Sun Ltd (Tas-Sliema, Malta); Silicio Solar, SAU (Madrid, Spanja); Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Puertollano, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE, tat-2 ta’ Awwissu 2013, li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 2009, p. 26), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2013, li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU L 325, p. 214).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.SolarWorld AG, Brandoni solare SpA, Global Sun Ltd, Silicio Solar, SAU u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA huma kkundannati għall-ispejjeż.