Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – K Chimica vs ECHA

(Kawża T-675/13) 1

(“REACH Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża Rakkomandazzjoni 2003/361/KE Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża Setgħa tal-ECHA”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: K Chimica Srl (Mirano, l-Italja) (rappreżentanti: R. Buizza u M. Rota, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: inizjalment M. Heikkilä, A. Iber, E. Bigi, E. Maurage u J.-P. Trnka, sussegwentement M. Heikkilä, E. Bigi, E. Maurage u J.-P. Trnka, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SME(2013) 3665 tal-ECHA, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li tikkonstata li r-rikorrenti ma pproduċietx il-provi neċessarji sabiex tibbenefika mit-tnaqqis ta’ ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha spiża amministrattiva u, fit-tieni lok, talba intiża sabiex lir-rikorrenti jingħarfilha l-istatus ta’ impriża żgħira u li tiġi applikata għaliha l-ispiża korrispondenti u, fit-tielet lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-fatturi maħruġa mill-ECHA

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni SME(2013) 3665 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tal-15 ta’ Ottubru 2013, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-ECHA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti minn K Chimica Srl.

____________

1 ĠU C 45, 15.2.2014.