Language of document : ECLI:EU:T:2011:665





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 – Xeda International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva etossikina – Nuqqas ta’ inklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE – Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-etossikina – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11, 12)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tal-impriża u tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tagħha (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 15, 16, 19, 20, 22, 38, 51)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 17)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 - Riskju li normalment għandu jkun sostnut minn impriża li topera fis-suq tal-protezzjoni tal-pjanti - Assenza ta’ natura gravi tad-dannu (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 33, 34)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/143/UE, tat-3 ta’ Marzu 2011, li tikkonċerna n-noninklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva tal‑Kunsill 91/414/KEE u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (ĠU L 59, p. 71) kif ukoll, jekk ikun il-każ, miżuri provviżorji oħra.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.