Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Frar 2013 - Coin vs UASI - Dynamiki Zoi (Fitcoin)

(Kawża T-272/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Fitcoin - Trade marks nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti coin - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coin SpA (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dynamiki Zoi AE (Ateni, il-Greċja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta' Frar 2011 (Każ R 1836/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Coin SpA u Dynamiki Zoi AE.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta' Frar 2011 (Każ R 1836/2010-2) hija annullata sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni f'dak li jikkonċerna l-"ħwejjeġ, inklużi żraben u papoċċi", li jaqgħu fil-klassi 25.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll terz mill-ispejjeż sostnuti minn Coin SpA.

Coin għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 226, 30.07.2011.