Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Mejju 2013 - Régie Networks u NRJ Global vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/11) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna implementata minn Franza għax-xandir bir-radju - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta' interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Régie Networks (Lyon, Franza) u NRJ Global (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Geneste u C. Vannini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Thomas, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6483 finali, tad-29 ta' Settembru 2010, dwar l-iskema ta' għajnuna C 4/09 (ex N 679/97) li [r-Repubblika Franċiża] implimentat għax-xandir bir-radju u li tiddikjara l-imsemmija skema kompatibbli mas-suq intern, suġġett għall-osservanza ta' ċerti kundizzjonijiet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Régie Networks u NRJ Global huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 226, 30.07.2011.