Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-Oblast (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Ottubru 2023 – “NOV ZHIVOT 1919” NCh vs Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na programata za transgranichno satrudnichestvo INTERREG-IPP Bulgaria-Serbia 2014-2020 i direktor na direktsia “Upravlenie na teritorialnoto satrudnichestvo” v Ministerstvo na regionalnoto razvitie i blagoustroystvoto

(Kawża C-620/23, NOV ZHIVOT 1919)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-Oblast

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “NOV ZHIVOT 1919” NCh

Konvenut: Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na programata za transgranichno satrudnichestvo INTERREG-IPP Bulgaria-Serbia 2014-2020 i direktor na direktsia “Upravlenie na teritorialnoto satrudnichestvo” v Ministerstvo na regionalnoto razvitie i blagoustroystvoto

Domandi preliminari

Fil-każ ta’ kooperazzjoni transkonfinali bejn Stat Membru u benefiċjarju taħt l-Istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għall-perijodu bejn l-2014 u l-2020, bħal fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2014 tat-2 ta’ Mejju 2014 dwar ir-regoli sepċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) 1 jippermetti l-impożizzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja fuq l-operatur ekonomiku li fir-rigward tiegħu jiġi stabbilit li wettaq ksur li jikkostitwixxi irregolarità iżda li ma jkunx il-benefiċjarju ewlieni li jkun assuma r-responsabbiltà li jiżgura l-implimentazzjoni tal-operazzjoni kollha?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fit-tali każ l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxu d-dritt tal-benefiċjarju ewlieni li jipparteċipa fil-proċedura li twassal għall-impożizzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja kif ukoll fil-proċedura ġudizzjarja li fiha jiġi kkontestat dan l-att amministrattiv, irrispettivament mill-pożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-korp responsabbli għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji taħt il-programm ta’ kooperazzjoni transkonfinali rilevanti, u dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu limitazzjoni ta’ dawn il-possibbiltajiet li jittieħdu passi proċedurali, bħalma tirriżulta mill-prassi tal-qrati nazzjonali fil-kawża prinċipali?

____________

1     ĠU 2014, L 132, p. 32, rettifika fil-ĠU 2015, L 277, p. 60.