Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-26 ta’ Settembru 2023 – Skatteministeriet vs Lomoco Development ApS, Holm Invest Aalborg A/S, I/S Nordre Strandvej Sæby u Strandkanten Sæby ApS

(Kawża C-594/23, Lomoco Development et)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet

Konvenuti: Lomoco Development ApS, Holm Invest Aalborg A/S, I/S Nordre Strandvej Sæby u Strandkanten Sæby ApS

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 135(1)(j) u mal-Artikolu 12(1)(a) u (2), minn naħa, u mal-Artikolu 135(1)(k) u mal-Artikolu 12(1)(b) u (3), min-naħa l-oħra, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , li Stat Membru, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iqis provvista ta’ beni immobbli li, fil-mument tal-provvista, ikun inbena fuqu pedament prefabrikat u jkun biss sussegwentement li tinbena fuqu binja residenzjali minn proprjetarji oħra, bħala bejgħ ta’ art għall-bini suġġett għall-VAT?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p.  1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.