Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – BS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol – Prinċipju ta’ kolleġġjalità – Natura legali tal-kawża – Rata ta’ preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: BS (Messina, l-Italja) (rappreżentant: C. Pollicino, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u V. Joris, sussegwentement minn J. Currall, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, BS vs Il-Kummissjoni (F-90/11, ĠabraSP, EU:F:2012:188), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.BS għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.