Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2013 - Alumina vs Il-Kunsill

(Kawża T-304/11)

("Dumping - Importazzjonijiet ta' trab zeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina - Valur normali - Natura rappreżentattiva tal-bejgħ domestiku - Marġni ta' profitt - Tranżazzjonijiet kummerċjali normali")

Lingwa tal-ekawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alumina d.o.o. (Zvornik, il-Bosnja-Ħerzegovina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u B. Servais, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u A. Polcyn, avukati)

Parti interjenventi in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta' Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina (ĠU L 125, p. 1), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)     Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta' Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina, huwa annullat sa fejn jikkonċerna Alumina d.o.o.

2)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess,

3)    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 226, 30.7.2011.