Language of document : ECLI:EU:T:2014:126





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2014 – Italmobiliare vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑305/11)

“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tintalab informazzjoni – Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”

1.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Setgħat tal-Kummissjoni – Limitu – Rekwiżit ta’ rabta ta’ neċessità bejn l-informazzjoni mitluba u l-ksur imfittex – Kwalità ta’ holding finanzjarja tal-kumpannija destinatarja – Assenza ta’ effett (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18) (ara l-punti 24-31)

2.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Dritt tal-impriżi li jinstemgħu – Kamp ta’ applikazzjoni – Deċiżjoni li tintalab informazzjoni – Esklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18) (ara l-punti 35-37)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet (ara l-punti 41, 42)

4.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Indikazzjoni tal-bażijiet legali u tal-għan tat-talba – Portata – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Assenza (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 54, 55, 62, 68)

5.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Possibbiltà għall-impriża kkonċernata li tinvoka bis-sħiħ l-imsemmija drittijiet biss wara li tintbagħat id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 58, 59, 63)

6.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Osservanza tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jipprevedi protezzjoni kontra l-interventi arbitrarji jew sproporzjonati tal-awtorità pubblika (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 77, 78)

7.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Modalitajiet – Għażla li ssir bejn sempliċi talba għal informazzjoni u deċiżjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Stħarriġ ġudizzjarju (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(1) sa (3)) (ara l-punti 83, 89, 90)

8.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Setgħat tal-Kummissjoni – Limitu – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Talba għal informazzjoni li tkun diġà fil-pussess tal-Kummissjoni – Ksur tal-imsemmi prinċipju – Talba intiża sabiex jinkisbu preċiżazzjonijiet fir-rigward ta’ informazzjoni pprovduta qabel – Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 97, 111, 112, 114, 117)

9.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Setgħat tal-Kummissjoni – Limitu – Rekwiżit ta’ rabta ta’ neċessità bejn l-informazzjoni mitluba u l-ksur imfittex – Natura pubblika tal-informazzjoni mitluba (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(1)) (ara l-punt 118)

10.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Obbligu għall-Kummissjoni li teżamina b’kura u imparzjalità l-elementi rilevanti kollha – Diversi talbiet suċċessivi mibgħuta – Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Assenza (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18) (ara l-punti 127, 128)

11.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Ksur – Konsegwenzi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 129-132)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2364 finali, tat‑30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Italmobiliare SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.