Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Jannar 2012 - Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-301/11) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Dewmien - Nuqqas ta' forza maġġuri - Nuqqas ta' żball skużabbli - Talba għal riforma tal-att ikkontestat - Talba għal kumpens - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Vitro u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta' Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra talba għall-kundanna tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' ċerti derogi għall-iffriżar ta' fondi imposti mill-imsemmi regolament kif ukoll talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 226, 30.07.2011.