Language of document : ECLI:EU:T:2011:405





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 – HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-302/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Talba għal informazzjoni – Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11 u 12)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Materjalizzazzjoni ta’ dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti - Nuqqas ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 16 u 17)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat b’mod sħiħ fil-kuntest ta’ rikors għad-danni - Assenza ta’ natura irreparabbli - Inċertezza marbuta mal-kumpens għad-dannu morali fil-kuntest ta’ tali rikors - Nuqqas ta’ effett (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 20 sa 22)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu li jirriżulta minn talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1/2003 li tirrigwarda informazzjoni sensittiva tal-impriża - Assenza (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 278 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(4)) (ara l-punti 24 sa 28)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1/2003 - Possibbiltà għall-Kummissjoni li timponi penalità u multi fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni - Materjalizzazzjoni ta’ dannu ta’ natura ipotetika (Artikolu 278 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 18(4) u 23(1)(b)) (ara l-punti 30 u 31)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2361 finali, tal-31 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 - Siment u prodotti reletati mas-siment).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.