Language of document : ECLI:EU:T:2012:4





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Jannar 2012 — Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T‑301/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Assenza ta’ forza maġġuri — Assenza ta’ żball skużabbli — Talba għal modifika tal-att ikkontestat — Talba għal kumpens — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1) u (2)) (ara l-punti 15, 16)

2.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Regolament dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u organi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Data tal-komunikazzjoni tal-motivi li fuqhom huwa bbażat ir-regolament, lil dawn il-persuni, entitajiet jew organi (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1) u (2)); Regolament tal-Kunsill Nru 101/2011) (ara l-punti 17-20)

3.                     Proċedura — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Dekadenza — Żball skużabbli — Kunċett — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Kunċett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 45) (ara l-punti 29, 32)

4.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Regolament dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u organi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Ġurisdizzjoni sabiex l-att kontenzjuż jiġi ssostitwit b’att ieħor jew sabiex jiġi mmodifikat — Assenza — Talbiet għar-rilaxx jew għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati — Inammissibbiltà (Artikolu 261 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 101/2011) (ara l-punt 62)

5.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għal kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Assenza ta’ indikazzjonijiet dwar id-dannu subit — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 19; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ) u (6)) (ara l-punti 69-72, 76)

6.                     Proċedura — Intervent sfurzat — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 24(6), 115 u 116) (ara l-punti 79, 80)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra talba għall-kundanna tal-Kunsill għall-adozzjoni ta’ ċerti derogi għall-iffriżar ta’ fondi impost mill-imsemmi regolament kif ukoll talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.