Language of document : ECLI:EU:T:2018:27





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Jannar 2018 – Constantin Film Produktion vs EUIPO (Fack Ju Göhte)

(Kawża T-69/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Fack Ju Göhte - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità – Eżami b’riferiment għall-perċezzjoni tas-sinjal mill-pubbliku rilevanti

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(a)]

(ara l-punti 13, 15, 34)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità – Trade mark verbali Fack Ju Göhte

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(a)]

(ara l-punti 17-20, 26, 30, 32, 40, 43, 46)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità – Evalwazzjoni li ssir biss abbażi ta’ eżami tat-trade mark stess b’relazzjoni mal-prodotti u servizzi indikati

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(f)]

(ara l-punt 28)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ speċifiku

(ara l-punti 36-39)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 2205/2015–5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Fack Ju Göhte bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Constantin Film Produktion GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.