Language of document : ECLI:EU:T:2016:460





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 –
Xellia Pharmaceuticals u Alpharma vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/13)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-dipressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Ostakoli għad-dħul fis-suq derivanti mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehim konkluż bejn proprjetarj ta’ privattivi u impriża ta’ ġeneriċi – Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Multi – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ legalità tal-pieni”

1.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kompetizzjoni potenzjali – Possibbiltà reali u konkreta għal impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li tidħol b’riskju fis-suq fil-preżenza ta’ prodotti mediċinali protetti minn privattivi – Ftehim bejn il-proprjetarju tal-privattivi u l-impriżi tal-prodotti mediċinali ġeneriċi li jistgħu jostakolaw dan id-dħul – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni potenzjali (Artikolu 101(1) TFUE)) (ara l-punti 59-65, 146-148, 307, 342)

2.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni – Sensiela ta’ indizji – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Applikabbiltà – Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Artikolu 101(1) TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 66-74, 111)

3.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn l-oriġinatur u impriża tal-prodotti mediċinali ġeneriċi – Soluzzjoni l-iktar profittabbli jew l-inqas riskjuża għall-impriżi inkwistjoni – Għan li jiġi mpaċija l-effetti tar-regoli legali wisq sfavorevoli – Assenza ta’ effett fuq in-natura illegali ta’ dawn il-ftehimiet (Art. 101, § 1, TFUE) (cf. points 124, 135)

4.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kontenut u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u legali ta’ żvilupp ta’ dan tal-aħħar – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni – Kriterju mhux neċessarju – Ksur minħabba l-għan – Livell suffiċjenti ta’ potenzjal ta’ ħsara – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 101(1) TFUE)) (ara l-punti 251-257, 270-273, 308, 309, 319, 326)

5.                     Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi –Ftehim konkluż bejn oriġinatur u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ħlasijiet inversi ta’ natura sproporzjonata u magħquda ma’ esklużjoni tas-suq tal-kompetituri – Inammissibbiltà (Artikolu 101(1)TFUE) (ara l-punti 263, 267, 315-317, 277, 280-281, 308)

6.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura – Kundizzjoni – Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati – Evalwazzjoni fid-dawl tal-proċedura kollha (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 353-357, 364)

7.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Tul eċċessiv tal-proċedura amministrattiva – Nuqqas ta’ provi rilevanti għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża – Oneru tal-prova –Obbligi imposti fuq impriża diliġenti (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punt 358)

8.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Preskrizzjoni fil-qasam tal-multi – Bidu tad-dekorrenza – Ksur uniku u kontinwat (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 25) (ara l-punt 363)

9.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Tnaqqis abbażi tat-tul eċċessiv tal-proċedura – Teħid inkunsiderazzjoni globali taċ-ċirkustanzi tal-kawża (Artikolu 101 TFUE u 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(1) u Artikolu 31) (ara l-punti 373-376)

10.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà tal-kumpanniji parent u tal-kumpanniji parent intermedjarji għall-aġir tas-sussidjarji tagħhom li jkun jikkostitwixxi ksur –Appliazzjoni tal-prinċipju – Assenza ta’ sitwazzjonijiet paragunabbli (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 380-386)

11.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Twettiq ta’ proposti b’mod intenzjonat jew b’negliġenza – Kunċett – Impriża li ma setgħetx tinjora n-natura antikompetittiva tal-aġir tagħha – Ftehim konkluż bejn oriġinatur u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ħlasijiet inversi ta’ natura sproporzjonata u magħquda ma’ esklużjoni tas-suq tal-kompetituri – Inklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 5 u Artikolu 23(2)) (ara l-punti 403-405)

12.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Ammont massimu –Kalkolu fid-dawl tad-dħul mill-bejgħ tas-sena kummerċjali ta’ qabel id-data tal-impożizzjoni tal-multa (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 447-449, 458)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT/39226 – Lundbeck), u talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta minn din id-deċiżjoni fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Xellia Pharmaceuticals ApS u Alpharma LLC huma kkundannati għall-ispejjeż.