Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Mamoli Robinetteria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/10)1

(“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Drittijiet tad-difiża — Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Kunċett ta’ akkordju — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità — Koeffiċjent tal-ammont addizzjonali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mamoli Robinetteria SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: F. Capelli u M. Valcada, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Ruggeri Laderchi u A. De Matteis, sussegwentement minn F. Ruggeri Laderchi, avukati)SuġġettTalba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2010) 4185 finali tal-Kummissjoni, tat-23 ta Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet għal kmamar tal-banju), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-multa imposta.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Mamoli Robinetteria SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk tal-Kummissjoni

Ewropea

.