Language of document : ECLI:EU:F:2009:24

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tieni Awla)

12 ta’ Marzu 2009

Kawża F-24/07

Virginie Lafleur Tighe

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Reklutaġġ – Klassifikazzjoni fi grad – Ex esperti individwali – Esperjenza professjonali – Diploma – Ċertifikat ta’ ekwivalenza – Ammissibbiltà – Fatt ġdid u sostanzjali”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li bih L. Tighe titlob, sostanzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti li tikklassifikaha fl-iskala 1 tal-grad 13, hekk kif jirriżulta mill-kuntratt ta’ reklutaġġ iffirmat fit-22 ta’ Diċembru 2005.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikorsi – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Dekadenza – Ftuħ mill-ġdid – Kundizzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Articoli 90 u 91)

Huwa mill-mument tal-firma li jibdew iseħħu l-effetti ta’ kuntratt konkluż bejn membru tal-persunal u istituzzjoni, u, għaldaqstant, il-possibbiltà li dan jikkawża preġudizzju lill-membru tal-persunal, sa fejn l-elementi kollha jkunu stabbiliti.

It-termini previsti fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li huma intiżi li jiżguraw iċ-ċertezza tas-sitwazzjonijiet ġuridiċi, huma ta’ ordni pubbliku u huma imperattivi kemm għall-partijiet u kemm għall-qorti. Hija biss l-eżistenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali li tiġġustifika l-preżentata ta’ talba għal eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni, bħal deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ membru tal-persunal, li ma tkunx ġiet ippreżentata fit-termini previsti fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal. Sabiex ikollha n-natura ta’ “ġdid”, huwa neċessarju li la r-rikorrent u lanqas l-amministrazzjoni ma jkunu jew ma kienu fil-pożizzjoni li jkunu jafu bil-fatt ikkonċernat fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni preċedenti li tkun saret definittiva. Fir-rigward tan-natura “sostanzjali”, huwa neċessarju li l-fatt ikun jista jibdel b’mod sostanzjali s-sitwazzjoni tar-rikorrent li hija l-bażi tat-talba oriġinali li tkun tat lok għad-deċiżjoni preċedenti li tkun saret definittiva.

(ara l-punti 53 u 55 sa 57)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 26 ta’ Settembru 1985, Valentini vs Il-Kummissjoni, 231/84, Ġabra p. 3027, punt 14

Il-Qorti Ġenerali: 11 ta’ Lulju 1997, Chauvin vs Il-Kummissjoni, T‑16/97, ĠabraSP p. I‑A‑237 u II‑681, punt 32 ; 7  ta’ Frar 2001, Inpesca vs Il‑Kummissjoni, T‑186/98, Ġabra p. II‑557, punti 50 u 51 ; 11 ta’ Lulju 2002, Martínez Páramo et vs Il-Kummissjoni, T‑137/99 u T‑18/00, ĠabraSP p. I‑A‑119 u II‑639, punt 56 ; 14 ta’ Frar 2005, Ravailhe vs Il-Kumitat tar-Reġjuni, T‑406/03, ĠabraSP p. I‑A‑19 u II‑79, punt 57

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 19 ta’ Frar 2008, R vs Il-Kummissjoni, F‑49/07, ĠabraSP p. I-A-1-0000 u II-A-1-0000, punt 79, bħalissa taħt appell quddiem il-Qorti Ġenerali, Kawża T‑156/08 P ; 10 ta’ Lulju 2008, Maniscalco vs Il-Kummissjoni, F‑141/07, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 25