Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' April 2007 - Skareby vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-34/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carina Skareby (Bichkek, Kirghizistan) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannula r-rapport ta' evoluzzjoni tal-karriera (REC) tar-rikorrenti għas-sena 2005;

tannula, skond il-bżonn, id-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

tindika lill-AIPN l-effetti li jġib miegħu l-annulament ta' l-atti kkontestati, u b'mod partikolari l-adozzjoni ta' REC ġdid għas-sena 2005, din id-darba fl-osservanza tar-regolamenti statutorji;

tikkundanna lill-AIPN tħallas lir-rikorrenti : i) somma ffissata ex aequo et bono għal EUR 15 000 bħala kumpens għad-danni morali li hija sofriet; ii) somma ffissata ex aequo et bono għal EUR 15 000 bħala kumpens għad-danni professjonali li hija sofriet; iii) somma li tiġi ffissata b'mod ekwu mit-Tribunal, bħala kumpens għad-dannu finanzjarju li hija sofriet, kull waħda minn dawn is-somom għandha tiżdied bl-interessi għad-dewmien bir-rata legali b'effett minn meta ssir eżiġibbli;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Sabiex isaħħaħ ir-rikors tagħha, ir-rikorrenti l-ewwel nett issostni l-innosservanza tar-regoli dwar l-istabbiliment tar-REC. L-amministrazzjoni kisret ir-regoli tal-proċedura stabbiliti mid-dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni ta' l-Artikolu 43 ta' l-Istatut u wettqet żballji manifesti ta' evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti imbagħad tinvoka l-ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipju ta' l-amministrazzjoni tajba u tad-dover tal-premura.

Hija fl-aħħar nett issostni li l-amministrazzjoni wettqet abbuż ta' poter u svijat mill-proċedura.

____________