Language of document : ECLI:EU:T:2007:303





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Capela & Irmãos (VOGUE)

(Kawża T-481/04)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VOGUE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE Portugal – Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord ta’ l-Appell – Portata ta’ l-eżami mwettaq mill-Bord ta’ l-Appell”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ appell (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(2)) (ara l-punti 20-21)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-27 ta’ Settembru 2004 (Każ R 328/2003-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Capela & Irmãos, Lda u Advance Magazine Publishers, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Advance Magazine Publishers, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali VOGUE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 25 u 41 – applikazzjoni Nru 183756

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

J. Capela & Irmãos, Lda

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Trade mark verbali nazzjonali VOGUE Portugal għal prodotti fil-klassi 25 u isem kummerċjali VOGUE – SAPATARIA

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni:

Trade mark Komunitarja rrifjutata għall-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud



Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-27 ta’ Settembru 2004 (Każ R 328/2003-2) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Advance Magazine Publishers, Inc.