Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Rubinstein u L'Oréal vs UASI - Allergan (BOTOLIST u BOTOCYL)

(Kawżi magħquda T-345/08 u T-357/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade marks Komunitarji verbali BOTOLIST u BOTOCYL - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti BOTOX - Raġuni relattiva għal rifjut - Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Helena Rubinstein SNC (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati) (Kawża T-345/08) ; u L'Oréal SA (Pariġi) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati) (Kawża T-357/08)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Allergan, Inc. (Irvine, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Fil-Kawża T-345/08, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Mejju 2008 (Każ R 863/2007-1), dwar proċedimenti ta' kanċellazzjoni bejn Allergan, Inc. u Helena Rubinstein SNC, u, fil-Kawża T-357-08, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Ġunju 2008 (Każ R 865/2007-1), dwar proċedimenti ta' kanċellazzjoni bejn Allergan, Inc. u L'Oréal SA.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Helena Rubinstein SNC hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-345/08.

L'Oréal SA hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-357/08.

____________

1 - ĠU C 271, 25.10.2008