Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – Hamas vs Il-Kunsill

(Kawża T-400/10 RENV) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Possibbiltà li awtorità ta’ stat terz tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal proprjeta”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, M. Bishop u A. Sikora-Kalėda, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u F. Fize, aġenti) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, M. Konstantinidis u R. Tricot, sussegwentement F. Castillo de la Torre, L. Baumgart u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tal-Avviż tal-Kunsill għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU 2010, C 188, p. 13), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/386/PESK, tat-12 ta’ Lulju 2010, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 178, p. 28), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010, tat-12 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1285/2009 (ĠU L 178, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, it-tieni nett, tad-Deċiżjoni 2011/70/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, tal-Kunsill 2011/430/PESK, tat-18 ta’ Lulju 2011, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, (ĠU L 28, p. 57), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 83/2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 (ĠU L 28, p. 14), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/430/PESK, tat-18 ta’ Lulju 2011, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU 2011, L 188, p. 47), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni Nru 610/2010 u Nru 83/2011 (ĠU L 188, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, ir-raba’ nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/872/PESK, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/430 (ĠU L 343, p. 54), u tar-Regolament ta’ Implementazzoni tal-Kunsill (UE) Nru 1375/2011 tat-22 ta’ Diċembru 2011, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 687/2011 (ĠU L 343, p. 10), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, Il-ħames nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/333/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/872/PESK (ĠU L 165, p. 72), u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 542/2012, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2011 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1375/2011 (ĠU L 165, p. 12), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, Is-sitt nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/765/PESK, tal-10 ta’ Diċembru 2012, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/333 (ĠU L 337, p. 50), u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1169/2012, tal-10 ta’ Diċembru 2012, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 542/2012 (ĠU L 337, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, is-seba’ nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/395/PESK, tal-25 ta’ Lulju 2013, li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/765 (ĠU L 201, p. 57), u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 714/2013, tal-25 ta’ Lulju 2013, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1169/2012 (ĠU L 201, p. 10), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, it-tmien nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/72/PESK, tal-10 ta’ Frar 2014, li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/395 (ĠU L 40, p. 56), u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014, tal-10 ta’ Frar 2014, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 714/2013 (ĠU L 40, p. 9), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, id-disa’ nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/483/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/72 (ĠU L 217, p. 35), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 790/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 125/2014 (ĠU L 217, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, l-għaxar nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1426 tal-4 ta' Awwissu 2017 li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/154 (ĠU 2017, L 240, p 95), u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta' Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/150 (ĠU 2017, L 204, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hamas għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 317, 20.11.2010.