Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2012 - Deutsche Bank vs UASI (Passion to Perform)

(Kawża T-291/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Deutsche Bank (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting and G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta' April 2012, fil-Każ R 2233/2011-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali "Passion to Perform" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35, 36, 38, 41 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W 1066295

Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni tat-trade mark fil-Komunità Ewropea rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________