Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2014 – Deutsche Bank vs UASI (Passion to Perform)

(Kawża T-291/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali Passion to Perform – Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 2233/2011-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Passion to Perform bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Deutsche Bank AG hija kkundannata għall-ispejjeż.