Language of document : ECLI:EU:T:2013:283





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Omnis Group vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑74/11)

“Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq tal-provvista ta’ Software ta’ Pjanifikazzjoni tar-Riżorsi tal-Impriża (‘ERP’) u ta’ Software ta’ Applikazzjonijiet għall-Impriżi (‘EAS’) — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE u 266 TFUE) (ara l-punt 26)

2.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Unjoni — Setgħa ta’ bidla — Esklużjoni (Artikoli 261 TFUE u 264 TFUE) (ara l-punt 27)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 31, 32, 36-39)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Eżami tal-ilmenti — Obbligu tal-Kummissjoni li tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur — Assenza — Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess Komunitarju fl-istruttorja ta’ kawża — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 105(1) TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 3 u Nru 1/2003, Artikolu 7) (ara l-punti 42-50, 80, 93-95)

5.                     Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Aġir f’suq viċin tas-suq dominat — Applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE anki fl-assenza ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq viċin — Kundizzjonijiet (Artikolu 102 TFUE) (ara l-punti 61-66, 71-76, 82, 102)

6.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Elaborazzjoni ta’ motiv stabbilit preċedentement — Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 68, 69)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8529, tal-1 ta’ Diċembru 2010, li tiċħad l-ilment (Każ COMP/39.784 – Omnis/Microsoft) dwar allegat ksur tal-Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE minn Microsoft Corp. fis-suq tas-Software ta’ Applikazzjonijiet għall-Impriżi, imsejħa programmi ta’ tip “Software ta’ Applikazzjonijiet għall-Impriżi/Pakketti ta’ Programmi ta’ Ġestjoni Integrati”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Omnis Group Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.