Language of document : ECLI:EU:T:2012:642

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

4 ta’ Diċembru 2012

Kawża T‑78/11 P

Erika Lenz

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Responsabbiltà għall-ispejjeż assoċjati mal-għajnuna mogħtija minn ‘Heilpraktiker’ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żnaturament tal-punti ta’ fatt”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011, Lenz vs Il‑Kummissjoni (F‑80/09), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. E. Lenz għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

1.      Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(2), 139(2), u 144)

2.      Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1))

3.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 138(1)(ċ))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 30)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 16 ta’ Diċembru 2010, Lebedef vs Il‑Kummissjoni, T‑364/09 P, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata

2.      Skont l-Artikolu 257 TFUE u l-Artikolu 11(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell quddiem il-Qorti Ġenerali jista’ jitressaq biss fuq punti ta’ liġi. Il-qorti tal-ewwel istanza hija kompetenti biss, minn naħa, sabiex tikkonstata l-fatti, ħlief fil-każ fejn inċertezza materjali ta’ dawn il-konstatazzjonijiet tkun tirriżulta mill-elementi tal-proċess li jkun ippreżentat lilha, u, min-naħa l-oħra, sabiex tevalwa l-fatti. L-evalwazzjoni tal-fatti mill-qorti tal-ewwel istanza għalhekk ma tikkostitwixxix, mingħajr preġudizzju għall-każ tal-iżnaturament tal-provi prodotti quddiem din il-qorti, kwistjoni ta’ dritt suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali. Tali żnaturament għandu jidher b’mod manifest mill-elementi tal-proċess, mingħajr ma jkun neċessarju li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi.

Barra minn hekk, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku biss jista’ jiddeċiedi dwar il-bżonn eventwali li jiġu kkompletati l-elementi ta’ informazzjoni li huwa jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu dwar il-kawżi li jkollu quddiemu. In-natura probatorja jew le tal-atti proċesswali taqa’ taħt l-evalwazzjoni sovrana tiegħu tal-fatti, li ma tagħmilx parti mill-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-appell, ħlief fil-każ ta’ żnaturament tal-provi prodotti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jew meta l-ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tal-imsemmi Tribunal tkun tirriżulta mid-dokumenti inklużi fil-proċess.

(ara l-punti 35 u 39)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 10 ta’ Lulju 2001, Ismeri Europa vs Il‑Qorti tal-Awdituri, C‑315/99 P, Ġabra p. I‑5281, punt 19, u l-ġurisprudenza ċċitata

Il‑Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 21 ta’ Ġunju 2011, Rosenbaum vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill, T‑452/09 P, punt 41; 15 ta’ Mejju 2012, Nijs vs Il‑Qorti tal-Awdituri, T‑184/11 P, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 48)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 15 ta’ Settembru 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑157/09 P, punt 27