Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Moselland vs UASI – Renta Siete (DIVINUS)
(Kawża T‑214/10)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIVINUS — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MOSELLAND Divinum — Eżistenza, validità u portata tal-protezzjoni tad-dritt preċedenti — Prova”
1. Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Estensjoni ta’ motiv eżistenti — Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2)) (ara l-punt 69)
2. Trade mark Komunitarja — Proċedimenti quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju — Trażmissjoni ta’ komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju — Trażmissjoni permezz ta’ faks — Komunikazzjoni li ma tkunx sħiħa jew li ma tkunx tista’ tinqara (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 80(2)) (ara l-punti 76-78)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Frar 2010 (Każ R 1204/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Moselland eG – Winzergenossenschaft u Renta Sieta, SL. |
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Frar 2010 (Każ R 1204/2009-2) hija annullata. |
2) | | L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Moselland eG – Winzergenossenschaft marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |