Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW vs Susan Romy Jozef Kuijpers

(Kawża C-147/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Vredegerecht te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Karel de Grote - Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen VZW

Konvenuta: Susan Romy Jozef Kuijpers

Domandi preliminari

Meta hija adita b’azzjoni imressqa kontra konsumatur li tirrigwarda l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt u li għandha biss is-setgħa, skont ir-regoli interni tal-proċedura, li teżamina ex officio jekk it-talba hijiex kontra r-regoli nazzjonali ta’ ordni pubbliku, il-qorti nazzjonali għandha bl-istess mod is-setgħa li teżamina u tistabbilixxi ex officio, anki fil-kontumaċja tal-konsumatur, jekk il-kuntratt ikkonċernat jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE 1 , tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, kif trasposta fid-dritt Belġjan?

Istituzzjoni edukattiva awtonoma li tipprovdi edukazzjoni sussidjata lil konsumatur għandha titqies li hija impriża fis-sens tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ kuntratt għall-provvista ta’ dan it-tagħlim bi ħlas ta’ miżata ta’ reġistrazzjoni li possibbilment tista’ tiżdied b’ammonti intiżi għar- rimbors tal-ispejjeż sostnuti mill-istituzzjoni edukattiva?

Kuntratt konkluż bejn konsumatur u istituzzjoni edukattiva awtonoma ssussidjata għall-provvista ta’ tagħlim issussidjat ipprovdut minn din l-istituzzjoni jaqa’ taħt id-Direttiva 93/13/KEE u istituzzjoni edukattiva awtonoma li tipprovdi edukazzjoni ssussidjata lil konsumatur għandha titqies li hija bejjiegħ jew fornitur fis-sens ta’ din id-direttiva fil-kuntest tal-kuntratt dwar il-provvista ta’ dan it-tagħlim?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288