Language of document : ECLI:EU:T:2013:123





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 – Calestep vs ECHA

(Kawża T‑89/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Tariffi u drittijiet dovuti lill-ECHA – Tariffi mnaqqsa mogħtija lill-impriżi ż-żgħar – Verifika mill-ECHA tad-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża – Deċiżjoni li tordna l-irkupru tal-bilanċ mhux miġbur tat-tariffa sħiħa dovuta – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikolu 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) (ara l-punti 7‑9)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 104(3)) (ara l-punti 10, 11, 15, 18)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ rikors għad-danni – Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13, 14, 16‑18)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tat-tfakkir għall-ħlas tat-23 ta’ Jannar u tat-8 ta’ Frar 2013 mibgħuta mill-ECHA lir-rikorrenti għar-raġuni li din tal-aħħar ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mit-tnaqqis tat-tariffi previst għall-impriżi ż-żgħar.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.