Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Grazyte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/13 P) 1

[“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Remunerazzjoni – Allowance tal-espatrijazzjoni – Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Perijodu deċennali ta’ referenza – Funzjonijiet f’organizzazzjoni internazzjonali”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Diana Grazyte (Utena, il-Litwanja) (rappreżentant: R. Guarino, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Joris, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Diċembru 2012, Grazyte vs Il-Kummissjoni (F-76/11, ĠabraSP, EU:F:2012:173), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.Dispożittiv1)    L-appell huwa miċħud.2)    Diana Grazyte għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.