Language of document : ECLI:EU:T:2021:766


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal10 ta’ Novembru 2021 – Spisto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T572/20)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni – Kriterju għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali – Konformità mal-avviż ta’ kompetizzjoni tal-kriterju wżat mill-Bord tal-Għażla”

1.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Iffissar mill-avviż ta’ kompetizzjoni – Evalwazzjoni, mill-Bord tal-Għażla, tal-esperjenza professjonali tal-kandidati – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III)

(ara l-punt 30)

2.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Iffissar mill-avviż ta’ kompetizzjoni – Evalwazzjoni, mill-Bord tal-Għażla, tal-esperjenza professjonali tal-kandidati – Użu ta’ kriterju ta’ evalwazzjoni mhux previst bħala kriterju ta' selezzjoni fl-avviż ta’ kompetizzjoni – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 1(1) u Artikolu 5(1))

(ara l-punti 31, 33, 35, 42 sa 44, 48)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal‑24 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tar-rifjut li r-rikorrenti titħalla tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas‑26 ta’ Mejju 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti fil-konfront tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal‑24 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tal-esklużjoni ta’ Amanda Spisto mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.