Language of document : ECLI:EU:T:2021:774


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal10 ta’ Novembru 2021 – Phi Group vs EUIPO – Gruppo Cadoro (REDELLO)

(Kawża T532/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REDELLO – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CADELLO 88– Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 15–17, 86, 87)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Rifjut tar-reġistrazzjoni fejn ikun hemm raġuni relattiva għal rifjut anki jekk tkun limitata għal parti tal-Unjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 18)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta' evalwazzjoni – Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 24, 25, 28)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali REDELLO u trade mark figurattiva CADELLO 88

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 53, 71, 77, 85, 89–94)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Xebh viżiv bejn trade mark figurattiva u trade mark verbali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 63, 64)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Tendenza tad-diverġenzi kunċettwali li jinnewtralizzaw ix-xebh viżiv jew fonetiku – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 82)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat‑22 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2677/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gruppo Cadoro u Phi Group.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Phi Group GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.