Language of document : ECLI:EU:T:2021:777


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Novembru 2021 –
PIK-KO vs EUIPO – Haribo Ricqles Zan (P.I.C. Co.)

(Kawża T73/21)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea P.I.C. Co. – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti PIK – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament 2017/1001] – Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a))

(ara l-punti 19 sa 21, 53)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a))

(ara l-punt 23)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a))

(ara l-punt 25)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a))

(ara l-punti 27, 28, 30)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi P.I.C. Co. u Pik

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a))

(ara l-punti 38, 47, 51, 52, 61 sa 65)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2020 (Każ R 1847/2019-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Haribo Ricqles Zan u PIK-KO.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PIK-KO AD hija kkundannata għall-ispejjeż.